6.1. Il-qari tal-manuskritt
Il-qarrejja tal-provi fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaqraw il-manuskritt kollu biex ikollhom stampa ġenerali tax-xogħol u jinnotifikaw lis-servizzi tal-awtur f’każ ta’ problemi.
Il-preżentazzjoni tal-manuskritt li jasal mis-servizz tal-awtur kienet diskussa fit-Taqsima 4.2.
Il-qarrejja tal-provi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaqraw il-manuskritt kollu u jippreparawh għat-typesetting.
Il-qarrejja tal-provi għandhom jagħtu ħarsa sħiħa lix-xogħol. L-għan hu li jifhmu l-istruttura tat-test sabiex japplikaw ir-regoli stabbiliti f’din il-Gwida tal-Istil. Ta’ spiss huma obbligati li jaħdmu fuq taqsimiet jew paġni individwali, li tfisser li jitilfu l-fil tas-sustanza tas-suġġett.
Kwalunkwe problemi li jinqalgħu matul il-preparazzjoni tal-manuskritt jiġu notifikati lis-servizz tal-awturi.
(Ara wkoll it-Taqsimiet 4.1.2 u 4.1.3).