6.2. Il-qari tal-manuskritt elettroniku

Jistgħu jintużaw programmi speċifiċi biex tiġi vverifikata l‑istruttura tat‑test u l‑użu tajjeb u l‑applikazzjoni tal-gwida tal-istil.

Fil-preparazzjoni tal-manuskritti elettroniċi l‑iżbalji li jinstabu jistgħu jkunu kkorreġuti bil-faċilità tal-kompjuter “search and replace”.

Jistgħu jintużaw programmi speċifiċi biex tiġi ċċekkjata l‑konsistenza tan-notamenti u l‑istrutturi tat‑test u l‑applikazzjoni tal-istil intern. Il-konvenzjonijiet komuni ta’ stil huma essenzjali biex wieħed jagħmel użu sħiħ ta’ dawn il‑programmi.

(Ara wkoll it‑Taqsima 4.2).