6.4. Is-sinjali tal-punteġġatura u l‑ispazji fil-programmi tal-Word

Il-marki tal-punteġġjatura u l‑ispazjar huma bbażati fuq ftehimiet interistituzzjonali, fuq kodiċijiet tipografiċi nazzjonali u fuq standards multilingwi komuni stabbiliti.

Ir-regoli ddettaljati ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt huma r‑riżultat ta’ ftehim interistituzzjonali. Għal ċerti sinjali hemm kodiċi tipografiċi nazzjonali li jvarjaw. Għaldaqstant, f’ġieħ iċ-ċarezza u l‑konkordanza, kif ukoll minħabba l‑ambjent multilingwi tagħna, ċerti għażliet saru b’kooperazzjoni nazzjonali sabiex ikun hemm konvenzjoni bejn il‑lingwi kollha.

Sinjal tipografiku Preżentazzjoni
fil-Word
Kodiċi alfanumeriku Preżentazzjoni tipografika
(stampaturi u desktop publishing)
(a) Sinjali tal-punteġġatura u sinjali oħra
(1) , xx, xx xx,xx (00,00)
; xx; xx xx;xx
(1) . xx. Xx xx.Xx (00.00)
: xx: xx xx:xx
! xx! Xx xx!Xx
? xx? Xx xx?Xx
- xx-xx xx-xx
xx — xx Alt 0151 xxxx
/ xx/xx xx/xx
( ) xx (xx) xx xx(xx)xx
[ ] xx [xx] xx xx[xx]xx
(2) “ ” xx “xx” xx Alt 0147 xx Alt 0148 xx“xx”xx
(2) ‘ ’ xx ‘xx’ xx Alt 0145 xx Alt 0146 xx‘xx’xx
% 00% 00%
(3) + +00 +00
00, 00–00 Alt 0150 00, 00–00
± ±00 Alt 241 ±00
°C (°F) 00°C 00°C
° 00° 00°
& xx & xx xx&xx
xx … xx Alt 0133 jew Ctrl-Alt-punt (.) xxxx
(b) Noti ta’ referenza u noti f’qiegħ il‑paġna
(4) xx(10) xx(10)
(uża l‑buttuna tan-nota f’qiegħ il‑paġna)
xx(10)
(2)

Jekk is‑software jiddistingwi bejn il‑ftuħ u l‑għeluq tal-virgoletti, ipprova użahom fil-forma preċiża kif teħtieġ, f’singli jew doppji. Ara wkoll it‑Taqsimiet 4.2.3 (il‑virgoletti) u 5.10 (il‑punteġġatura fil-kwotazzjonijiet).

(3)

Eċċezzjoni: fin-numri tat‑telefown (ara l-punt 9.3), quddiem il‑prefiss tal-pajjiż jintuża s‑sinjal “+” mingħajr spazju (+32 2202020).

(4)

Meta qed toħloq in‑noti f’qiegħ il‑paġna b’mod awtomatiku, wara d‑dħul tal-marka tan-nota f’qiegħ il‑paġna fil-vers li qed tikteb fih, ħafna programmi word processing ma jpoġġux in‑numri fil-parentesi. Huwa meħtieġ li dawn il‑parentesi jiddaħħlu fid-dokumenti (f’dokumenti intiżi għall-istampar dan ix-xogħol jagħmlu l‑istampatur).

NB:

= spazju ordinarju.

= spazju żgħir fiss (spazju rqiq).

= spazju fiss (l‑użu tal-ispazju żgħir fiss u l‑ispazju ddettat għandhom jinżammu limitati, għax jistgħu joħolqu ċerti problemi fis-sħuħija tat‑test).