7.1.1. Ismijiet u taqsiriet
L-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-Istati Membri u l‑pajjiżi mhux membri tal-UE huma prinċipalment il‑kodiċijiet ISO, u d-deżinjazzjoni li għandha tintuża (forma twila jew qasira) tiddependi mill-kuntest.
(Ara wkoll l-Annessi A5 u A6).
Stati Membri
L-ismijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jinkitbu u jitqassru skont ir‑regoli li ġejjin:
- għandu jintuża l‑kodiċi ISO b’żewġ ittri (ISO 3166 alpha-2), bl‑eċċezzjoni tal-Greċja, li għaliha it‑taqsiria EL hija rrakkomandata,
- l-ordni tal-protokoll tal-Istati Membri hu bbażat fuq l‑ordni tal-Istati Membri tal-ismijiet ġeografiċi tagħhom fil-lingwa(i) oriġinali (ara wkoll it‑Taqsima 7.1.2).
| Isem qasir, lingwa(i) oriġinali (isem ġeografiku)(1) | Titolu uffiċjali, lingwa(i) oriġinali (isem tal-protokoll) | Isem qasir tal-pajjiż bil-Malti (isem ġeografiku) | Titolu uffiċjali tal-pajjiż bil-Malti (isem tal-protokoll) | Kodiċi tal-pajjiż(2) | Taqsira preċedenti(3) |
|---|---|---|---|---|---|
| Belgique/België | Royaume de Belgique/ Koninkrijk België | il-Belġju | ir-Renju tal-Belġju | BE | B |
| България(4) | Република България | il-Bulgarija | ir-Repubblika tal-Bulgarija | BG | — |
| Česko | Česká republika | iċ-Ċekja | ir-Repubblika Ċeka | CZ | — |
| Danmark | Kongeriget Danmark | id-Danimarka | ir-Renju tad-Danimarka | DK | DK |
| Deutschland | Bundesrepublik Deutschland | il-Ġermanja | ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja | DE | D |
| Eesti | Eesti Vabariik | l-Estonja | ir-Repubblika tal-Estonja | EE | — |
| Éire/Ireland(5) | Éire/Ireland | l-Irlanda | l-Irlanda | IE | IRL |
| Ελλάδα(6) | Ελληνική Δημοκρατία | il-Greċja | ir-Repubblika Ellenika | EL | EL |
| España | Reino de España | Spanja | ir-Renju ta’ Spanja | ES | E |
| France | République française | Franza | ir-Repubblika Franċiża | FR | F |
| Hrvatska | Republika Hrvatska | il-Kroazja | ir-Repubblika tal-Kroazja | HR | — |
| Italia | Repubblica italiana | l-Italja | ir-Repubblika Taljana | IT | I |
| Κύπρος(7) | Κυπριακή Δημοκρατία | Ċipru | ir-Repubblika ta’ Ċipru | CY | — |
| Latvija | Latvijas Republika | il-Latvja | ir-Repubblika tal-Latvja | LV | — |
| Lietuva | Lietuvos Respublika | il-Litwanja | ir-Repubblika tal-Litwanja | LT | — |
| Luxembourg | Grand-Duché de Luxembourg | il-Lussemburgu | il-Gran Dukat tal-Lussemburgu | LU | L |
| Magyarország | Magyarország | l-Ungerija | l-Ungerija | HU | — |
| Malta | Repubblika ta’ Malta | Malta | ir-Repubblika ta’ Malta | MT | — |
| Nederland(8) | Koninkrijk der Nederlanden | in-Netherlands | ir-Renju tan-Netherlands | NL | NL |
| Österreich | Republik Österreich | l-Awstrija | ir-Repubblika tal-Awstrija | AT | A |
| Polska | Rzeczpospolita Polska | il-Polonja | ir-Repubblika tal-Polonja | PL | — |
| Portugal | República Portuguesa | il-Portugall | ir-Repubblika Portugiża | PT | P |
| România | România | ir-Rumanija | ir-Rumanija | RO | — |
| Slovenija | Republika Slovenija | is-Slovenja | ir-Repubblika tas-Slovenja | SI | — |
| Slovensko | Slovenská republika | is-Slovakkja | ir-Repubblika Slovakka | SK | — |
| Suomi/Finland | Suomen tasavalta/ Republiken Finland | il-Finlandja | ir-Repubblika tal-Finlandja | FI | FIN |
| Sverige | Konungariket Sverige | l-Iżvezja | ir-Renju tal-Iżvezja | SE | S |
L-isem qasir fil-lingwa(i) oriġinali jintuża biex ikun iffissat l‑ordni tal-protokoll u jintuża f’dokumenti multilingwi (ara t‑Taqsima 7.1.2).
It-taqsira li għandha tintuża = il‑kodiċi ISO, bl‑eċċezzjoni tal-Greċja, li għaliha hija rrakkomandata it‑taqsira EL (minflok il‑kodiċi tal-ISO GR).
It-taqsiriet il‑qodma (ġeneralment meħuda mill-kodiċi internazzjonali għall-karozzi) baqgħu jintużaw sat-tmiem tal-2002.
Traslitterazzjoni Latina: България = Bulgaria.
M’għandhiex tintuża r‑“Repubblika tal-Irlanda”. Għalkemm din id‑denominazzjoni tinsab f’ċerti dokumenti, din m’għandha l‑ebda status uffiċjali.
Traslitterazzjoni Latina: Ελλάδα = Elláda.
Traslitterazzjoni Latina: Κύπρος = Kýpros.
Uża “in-Netherlands” mhux l‑Olanda peress li hija biss parti min-Netherlands (żewġ provinċji).
Pajjiżi mhux membri
Fil-każ tal-pajjiżi mhux membri, wieħed ta’ min juża l‑kodiċi ISO b’żewġ karattri (ISO 3166 alpha-2).
Għall-format ta’ preżentazzjoni (l‑isem qasir, it‑titolu uffiċjali, il‑lista tal-kodiċi ISO), ara l‑Annessi A5 u A6.
Għall-ordni rakkomandat, ara t‑Taqsima 7.1.2.
Pajjiżi kandidati
| Isem qasir fil-lingwa oriġinali (isem ġeografiku) |
Isem qasir bil-Malti (isem ġeografiku) |
Titolu uffiċjali bil-Malti (isem tal-protokoll) |
Kodiċi tal-pajjiż |
|---|---|---|---|
| Bosna i Hercegovina/Боснa и Херцеговинa | il-Bożnija-Ħerzegovina | il-Bożnija-Ħerzegovina | BA |
| Crna Gora/Црна Гора | il-Montenegro | il-Montenegro | ME |
| Republica Moldova | il-Moldova | ir-Repubblika tal-Moldova | MD |
| საქართველო(1) | il-Georgia | il-Georgia | GE |
| Северна Македонија(2) | Il-Maċedonja ta’ Fuq | ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq | MK |
| Shqipëria | l-Albanija | ir-Repubblika tal-Albanija | AL |
| Srbija/Сpбија | is-Serbja | ir-Repubblika tas-Serbja | RS |
| Türkiye | it-Turkija | ir-Repubblika tat‑Turkija | TR |
| Україна(3) | l-Ukrajna | l-Ukrajna | UA |
Titolu uffiċjali jew isem qasir?
Il-forma t‑twila (it-titolu uffiċjali) hija użata meta l‑Istat huwa kkunsidrat bħala entità legali:
Din id‑Deċiżjoni hija indirizzata lir‑Renju Unit tal-Gran Brittanja u l‑Irlanda ta’ Fuq.
Ir-Repubblika Franċiża hija awtorizzata li…
Jekk ir‑rikorrenza tal-isem tal-Istat fit-test twassal għal preferenza tal-użu tal-forma qasira, din tkun introdotta bil-frażi “minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala”.
Il-forma l‑qasira (l‑isem qasir) hija użata meta l‑Istat jissemma fil-kuntest ġeografiku jew ekonomiku:
Ħaddiema li huma residenti fi Franza…
L-esportazzjonijiet mill-Greċja…
Għal ċerti stati, il‑forma t‑twila u l‑forma l‑qasira huma identiċi:
Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Ir-Rumanija