7.2.2. L-elenkar tal-lingwi fit-test (testi unilingwi)
Fit-test, il-lingwi jiġu dejjem elenkati f’ordni alfabetiku skont il-lingwa tal-pubblikazzjoni, u għalhekk l-ordni jvarja skont il-verżjoni lingwistika.
Fit-test, l-ordni tal-elenkar tal-lingwi jvarja skont il-verżjoni lingwistika. Fil-pubblikazzjonijiet bil-Malti, il-lingwi għandhom jidhru fl-ordni alfabetiku bil-Malti: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż1, , il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, it-Taljan, l-Ungeriż u l-Iżvediż.
Meta ftehim jinkiteb b’lingwa ta’ pajjiż kontraenti mhux tal-Unjoni, il-lingwi tal-Unjoni jiġu qabel il-lingwa msemmija hawn fuq għal raġunijiet ta’ protokoll:
Dan il-ftehim inkiteb bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Malti, bit-Taljan u bl-Għarbi.
1
Tużax il-kelma “Gaeliku”, iż-żewġ termini mhumiex sinonimi. Ara l-kaxxa, Taqsima 7.2.4.