7.2.3. Indikazzjoni tal-lingwi ppubblikati

Jintużaw formoli differenti meta jiġu elenkati l-verżjonijiet lingwistiċi tal-pubblikazzjonijiet f’katalgi.

Meta jigu elenkati l-verżjonijiet tal-lingwi ta’ pubblikazzjoni (pereżempju, fil-katalogi tal-pubblikazzjoni), ta’ min wieħed isegwi l-formuli li ġejjin (skont ir-regola ppreżentata fit-Taqsima 7.2.1):

BG/ES/CS/DA/DE/ET/EL/EN/FR/GA/HR/IT/LV/LT/HU/MT/NL/PL/PT/RO/SK/SL/FI/SV
jew kwalunkwe parti magħquda
It-test huwa ppubblikat f’kull lingwa msemmija fl-istess volum.
BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV
jew kwalunkwe parti magħquda
It-test huwa ppubblikat f’kull lingwa msemmija fil-volumi individwali skont il-lingwa.
BG-ES-CS-DA-DE-ET-EL-EN-FR-GA-HR-IT-LV-LT-HU-MT-NL-PL-PT-RO-SK-SL-FI-SV
jew kwalunkwe parti magħquda
Testi differenti huma ppubblikati bi wħud mil-lingwi msemmija, fl-istess volum.
NB:

Il-kodiċi ISO għal-lingwi jinkitbu b’ittri żgħar; madankollu, jinkitbu wkoll b’ittri kbar għal raġunijiet ta’ preżentazzjoni tipografika.