7.3.1. L-euro u s-cent

L-euro huwa l‑munita użata fil-biċċa l‑kbira tal-Unjoni Ewropea; is‑subunità tiegħu hija ċ-ċenteżmu.

L-euro

L-euro
Skont il‑konklużjonijiet tal-Kunsill Europew milħuqa f’Madrid f’Diċembru tal-1995, il‑munita unika hija l‑“euro” (suddiviżjoni: cent; simbolu: ; kodiċi ISO: EUR).

Iż-żona tal-euro

It-terminu “iż-żona tal-euro” huwa t‑terminu uffiċjali għall-grupp ta’ pajjiżi li adottaw l‑euro bħala l‑munita unika tagħhom. Termini oħra, bħalma huma “eurolandja” u “żona euro”, għandhom ikunu evitati.

L-euro u l‑ecu

Fl-1 ta’ Jannar 1999, l‑euro ħa post l‑ecu bir-rata ta’ wieħed għal wieħed (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, 19.6.1997, p. 1); ara wkoll ir‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1)). Referenzi storiċi għall-ecu (qabel l‑1999) għandhom jibqgħu fl‑ecu.

Is-cent

Is-cent
Fil-prinċipju, it‑terminu “cent” jintuża fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Madankollu, “cent” ma jimpedix l‑użu komuni tal-varjanti ta’ dan it‑terminu fl‑Istati Membri (skont il‑premessa 2 tar-Regolament (KE) Nru 974/98 tat‑3 ta’ Mejju 1998).

Fil-Malti, jekk jinqala’ każ fejn jista’ jinħoloq xi dubju, jista’ jintuża t‑terminu “ċenteżmu” (plural: “ċenteżmi”).

Il-forma preferuta fit-testi tal-UE hija “cent” (obbligatorja fit-testi legali kollha).

tip:

Ara wkoll it‑Taqsima 7.3.3, “Ir-regoli dwar kif għandhom jinkitbu l‑unitajiet monetarji”: