7.3.2. L-ordni tal-muniti u l‑kodiċi ISO
Meta jintużaw it‑taqsiriet tal-muniti, għandu jintuża l‑kodiċi ISO 4217.
Meta jintużaw it‑taqsiriet tal-muniti, għandu jintuża l‑kodiċi ISO 4217 (ara l‑Anness A7 u s-sit web tal-aġenzija tal-manutenzjoni).
Muniti tal-Istati Membri
Għall-muniti tal-Istati Membri, elenka t‑taqsiriet monetarji f’ordni alfabetiku, bl‑eċċezzjoni tal-euro, li jiġi l‑ewwel (il‑kodiċi ISO 4217).
| Kodiċi ISO | Munita |
|---|---|
| EUR | euro |
| BGN | lev |
| CZK | krona Ċeka |
| DKK | krona Daniża |
| HUF | forint |
| PLN | zloty |
| RON | leu Rumen |
| SEK | krona Żvediża |
Muniti oħra
Għal raġunijiet ta’ protokoll, il‑muniti l‑oħra għandhom isegwu l‑muniti tal-Istati Membri u għandhom ikunu elenkati skont l‑istess kriterji, i.e. fl‑ordni alfabetiku tal-kodiċi tal-munita (il‑kodiċi ISO 4217). L‑istess regola tapplika għal‑lista tal-muniti fit-test kurrenti jekk m’hemm l‑ebda kriterji oħra għall-klassifikazzjoni.
| Kodiċi ISO | Munita |
|---|---|
| CAD | dollaru Kanadiż |
| CHF | frank Żvizzeru |
| JPY | yen |
| USD | dollaru Amerikan |
Ara l‑Anness A7 għal‑lista tal-kodiċi tal-munita.
Muniti antiki
Il-muniti tal-Istati Membri li ħadilhom posthom l‑euro kienu dawn li ġejjin:
| Kodiċi ISO | Munita |
|---|---|
| ATS | schilling Awstrijak |
| BEF | frank Belġjan |
| CYP | lira Ċiprijotta |
| DEM | mark Ġermaniż |
| EEK | kroon |
| ESP | peseta Spanjola |
| FIM | marka Finlandiża |
| FRF | frank Franċiż |
| GRD | drachma |
| HRK | kuna |
| IEP | lira Irlandiża |
| ITL | lira Taljana |
| LTL | litas |
| LUF | frank Lussemburgiż |
| LVL | lats |
| MTL | lira Maltija |
| NLG | guilder Netherlandiż |
| PTE | escudo Portugiż |
| SIT | tolar |
| SKK | koruna Slovakka |
Il-pajjiżi kandidati
| Kodiċi ISO | Pajjiż | Munita |
|---|---|---|
| ALL | l-Albanija | lek |
| BAM | il-Bożnija-Ħerzegovina | mark konvertibbli |
| EUR | il-Montenegro | euro |
| GEL | il-Georgia | lari |
| MDL | il‑Moldova | leu Moldovan |
| MKD | il-Maċedonja ta’ Fuq | denar |
| RSD | is-Serbja | dinar Serb |
| TRY | it-Turkija | lira Torka |
| UAH | l‑Ukrajna | hryvnia |