7.3.3. Ir-regoli dwar kif għandhom jinkitbu l‑unitajiet monetarji

L-unitajiet monetarji jistgħu jiġu espressi billi tuża isimhom, il‑kodiċi ISO tagħhom jew is‑sinjal tagħhom.

Meta tuża l‑isem (euro)

Meta unità monetarja tissemma b’mod ġenerali iżda l‑ammont mhux inkluż, għandha tinkiteb f’ittri, bl‑eċċezzjoni tat‑tabelli (ara “Meta tuża l‑kodiċi ISO (EUR)”):

ammont ta’ euro (fit-testi bil-Malti, m’hemmx plural)

somma ta’ liri sterlini

Meta tuża l‑kodiċi ISO (EUR)

Test

Meta unità monetarja tkun ma’ ammont, uża l‑kodiċi ISO “EUR” segwit bi spazju fiss (control, shift, space bar) u l‑ammont f’ċifri (obbligatorju f’testi legali):

L-ammont meħtieġ huwa EUR 12 500.

Kienet innotata differenza ta’ EUR 1 550.

Tabelli

Meta tindika l‑unitajiet ewlenin għat-tabella kollha l‑kodiċi ISO u kwalunkwe multiplikatur jidhru fil-parentesi fuq it‑tabella, mġennbin fuq il‑lemin. F’dan il‑każ tintuża t‑tipa korsiva:

(EUR)

(EUR miljun)

(EUR biljun)

info:
Atti Legali — Il-Ġurnal Uffiċjali

Euro

F’testi bil-Malti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, għandu jintuża l‑kodiċi ISO “EUR” u l‑ammonti għandhom jinkitbu f’ċifri:

EUR 10 000

EUR 1 000 000 (mhux EUR 1 miljun)

Muniti oħrajn

F’testi bil-Malti, għal muniti oħrajn, meta l‑unità monetarja tkun ma’ ammont, uża l‑kodiċi ISO rilevanti għall-munita segwita bi spazju fiss u l‑ammont f’ċifri:

Intlaqgħet somma ta’ GBP 300 u ntefqet is‑somma ta’ GBP 250.

info:
Il-Qorti tal-Awdituri

F’testi bil-Malti għall-Qorti tal-Awdituri, għandu jintuża l‑kodiċi ISO “EUR” u l‑ammonti għandhom jinkitbu f’ċifri:

nefqa ta’ EUR 15 000

Meta jintuża s‑sinjal tal-euro (€)

Is-sinjal tal-euro jintuża fil-grafika. Madankollu, l‑użu tiegħu huwa permess ukoll f’xogħlijiet popolari u pubblikazzjonijiet promozzjonali (eż. katalogi tal-bejgħ) kif ukoll fi stqarrijiet għall-istampa.

F’sistemi ta’ word processing, is‑sinjal tal-euro jinġieb billi wieħed jagħfas simultanjament jew il‑buttuna Shift u n-numru 3 jew il‑buttuna Alt fuq ix-xellug u 0128. L‑ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sinjal tal-euro jistgħu jitniżżlu mis-sit web tal-euro tal-Kummissjoni (https://european-union.europa.eu/institutions-law-budget/euro).

NB:

Fl-HTML, għandhom jitqiesu l‑preżentazzjoni finali u l‑konfigurazzjoni ta’ dokument. Bħalissa t‑testi maħluqa bl‑użu tal-Unicode ma jippreżentaw l‑ebda problema iżda f’testi antiki maħluqa bl‑użu tal-ISO 8859, il‑kodiċi HTML “€” juri s‑sinjal tal-euro fuq l‑iskrin iżda ma jidhirx fuq il‑karta stampata. (Din il‑problema ġiet superata bl‑użu tal-illustrazzjoni gif jew jpg għas-sinjal tal-euro.) Għal testi li se jintużaw fi proċess ta’ produzzjoni u intiżi għat-trasferiment awtomatiku għal sit tal-intranet jew l‑Internet, aħjar li tevita l‑użu tas-sinjal tal-euro (uża l‑kodiċi ISO “EUR” minflok).

Il-pożizzjoni tal-kodiċi ISO (EUR) fl‑ammonti

Il-kodiċi ISO “EUR” huwa segwit bi spazju fiss u l‑ammont:

somma ta’ EUR 30

NB:

L-istess regola tapplika fl‑Ingliż u l‑Irlandiż. Fil-lingwi uffiċjali l‑oħra tal-UE l‑ordni hu bil-maqlub; l‑ammont hu segwit bi spazju fiss u l‑kodiċi ISO “EUR”:

une somme de 30 EUR

Il-pożizzjoni tas-sinjal tal-euro (€) fl‑ammonti

Is-sinjal tal-euro huwa segwit bl‑ammont mingħajr spazju:

somma ta’ €30

NB:

L-istess regola tapplika fl‑Ingliż, l‑Irlandiż u l‑Olandiż. Fil-lingwi uffiċjali l‑oħra tal-UE l‑ordni hu bil-maqlub; l‑ammont hu segwit bi spazju fiss u s-sinjal tal-euro:

une somme de 30 €

Mal-miljun jew il‑biljun

Il-forom li ġejjin jistgħu jintużaw meta qiegħed tirreferi għall-miljun/i jew il‑biljun/i:

  • iċ-ċifri kollha:

    EUR 10 000 000

  • mal-kelmiet miljun jew biljun:

    EUR 10 miljun

    EUR 15-il biljun

  • fit-titoli tat‑tabelli (ġeneralment bejn il‑parentesi):

    miljun EUR, biljun GBP
    m EUR, bn GBP

    10 miljun EUR, 10 biljun GBP
    10 m EUR, 10 bn GBP

    NB:

    “m EUR” jew “bn EUR” jistgħu jintużaw biss meta m’hemmx biżżejjed spazju għall-kitba.

Miljun/biljun mad-deċimali

Meta qed taħdem bid-data baġitarja, hija rrakkomandata l‑forma li ġejja.

  • Sa tliet postijiet deċimali, żomm sal-unità xierqa:

    1.326 biljun (mhux 1 326 miljun)

  • Aktar minn tliet postijiet deċimali, uża unità iżgħar:

    1 326.1 miljun (mhux 1.3261 biljun)

B’hekk iċ-ċifri jistgħu jkunu eħfef biex jinqraw u jitqabblu.