8.2. L-ordni tan-noti ta’ qiegħ il-paġna
L‑ordni tan‑noti f’qiegħ il‑paġna u noti oħra hija l‑istess fil‑verżjonijiet lingwistiċi kollha.
Bħala prinċipju, l‑ordni tan‑noti ta’ qiegħ il‑paġna hija identika fil‑verżjonijiet lingwistiċi kollha.
Fit‑tabelli, graffs, eċċ., it‑tipi differenti ta’ noti jiġu ppreżentati f’ċerta ordni. L‑ewwel jiġu elenkati n‑noti ta’ qiegħ il‑paġna mmarkati b’asterisks; imbagħad in‑noti ta’ qiegħ il‑paġna nnumerati. Jistgħu jiġu segwiti minn NB jew sors(i), li jkunu separati min‑noti ta’ qiegħ il‑paġna permezz ta’ spazju bejn il‑linji kemxejn ikbar minn dik ta’ bejn in‑noti ta’ qiegħ il‑paġna:
Deċiżjoni temporanja tal‑Kummissjoni.
Dawn il‑prezzijiet huma r‑riżultat tal‑applikazjzoni ta’ tnaqqis massimu.
Għas‑sena kurrenti tal‑marketing, dan il‑prezz jiżdied bi primjum speċjali.
NB: Ċifri proviżorji.
Sors: Il‑Kummissjoni Ewropea, id‑DĠ għall‑Agrikoltura u l‑Iżvilupp Rurali.