9.4. Il-kwotazzjoni ta’ xogħlijiet u referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali

Il-kwotazzjonijiet ta’ xogħlijiet fil-bibljografija għandhom kollha jinkludu l-komponenti fl-istess ordni u jkollhom l-istess preżentazzjoni, li hija identika fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha.

Kwotazzjoni ta’ xogħlijiet

Il-kwotazzjonijiet ta’ xogħlijiet fil-bibljografija għandhom kollha jinkludu l-komponenti fl-istess ordni u jkollhom l-istess preżentazzjoni, li hija identika fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha.

Għal regoli ddettaljati, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 5.9.4.

Referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali

Ara wkoll it-Taqsima 3.1.

Fil-pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja barra testi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, tintuża wkoll il-forma li ġejja:

ĠU L, 2023/2387

ĠU C, C/2023/90

NB:

Għal referenzi qabel l-introduzzjoni tal-pubblikazzjoni att b’att tal-Ġurnal Uffiċjali fl-1 ta’ Ottubru 2023, jintużaw il-forom li ġejjin:

  • Sal-31 ta’ Diċembru 1967:

    ĠU 1963 190, p. 3077

  • Mill-1 ta’ Jannar 1968 sat-30 ta’ Settembru 2023:

    ĠU 2009 L 195, p. 1

    ĠU 2010 C 48, p. 14