9.5.1. L-istituzzjonijiet u l-korpi

L-istituzzjonijiet u l-korpi għandhom ikunu elenkati f’ordni protokollari.

L-istituzzjonijiet u l-korpi għandhom ikunu elenkati f’ordni protokollari.

Il-lista li ġejja tindika t-titolu uffiċjali u ssegwi l-ordni protokollari mill-1 ta’ Diċembru 2009 (dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona). Il-lista hija segwita b’tabella li tindika l-forma tat-titolu skont it-tip ta’ pubblikazzjoni kif ukoll it-taqsira rilevanti u l-post tas-sede.

(a) L-istituzzjonijiet

info:
Tliet Kunsilli (Tħallathomx)

Fl-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill Ewropew

Il-laqgħat tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern (il-presidenti jew il-prim ministri) u tal-president tal-Kummissjoni Ewropea, bi prinċipju jitlaqqgħu erba’ darbiet fis-sena. Dawn il-laqgħat huma magħrufa wkoll bħala “summits”. Il-Kunsill Ewropew jiffissa l-linji gwida politiċi ġenerali tal-Unjoni.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-ministri tal-Istati Membri jiltaqgħu regolarment fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Jiddependi mill-materja li jkun hemm fuq l-aġenda, kull pajjiż ikun rappreżentat mill-ministru responsabbli għal dik il-materja. Huwa l-organu ewlieni tal-Unjoni Ewropea li jieħu d-deċiżjonijiet u jiddetermina ħafna mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Barra l-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill tal-Ewropa

Il-Kunsill tal-Ewropa huwa organizzazzjoni intergovernattiva iżda mhix istituzzjoni tal-UE.

(b) Il-korp tal-politika esterna

(c) Il-korpi konsultattivi

(d) Korpi oħra

Table 1. L-istituzzjonijiet u l-korpi — Forom differenti ta’ titoli
Isem sħiħ Isem qasir(1) Taqsira Sede
il-Parlament Ewropew il-Parlament PE Strasburgu(2)
il-Kunsill Ewropew Brussell
il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea il-Kunsill
NB:

Fit-taħdit popolari:

  • F’sens ġeneriku: Il-Kunsill
  • F’sens speċifiku: eż. Kunsill Agrikoltura u Sajd
Brussell
il-Kummissjoni Ewropea il-Kummissjoni Brussell(3)
il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (istituzzjoni) il-Qorti tal-Ġustizzja QĠUE il-Lussemburgu
• il-Qorti tal-Ġustizzja (istanza) il-Qorti il-Lussemburgu
• il-Qorti Ġenerali il-Lussemburgu
il-Bank Ċentrali Ewropew BĊE Frankfurt am Main
il-Qorti Ewropea tal-Awdituri(4)

Fil-Ġurnal Uffiċjali: il-Qorti tal-Awdituri

il-Qorti tal-Awdituri, il-Qorti QEA il-Lussemburgu
is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna SEAE Brussell
il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew il-Kumitat KESE(5) Brussell
il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni(6)

Fil-Ġurnal Uffiċjali, is-serje L: il-Kumitat tar-Reġjuni

il-Kumitat KtR Brussell
il-Bank Ewropew tal-Investiment BEI il-Lussemburgu
l-Ombudsman Ewropew l-Ombudsman Strasburgu(7)
il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data il-Kontrollur KEPD Brussell
il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data il-Bord EDPB Brussell
l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew UPPE il-Lussemburgu
iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà Bucharest
(1)

Il-forma mqassra għandha tintuża biss jekk m’hemm l-ebda possibbiltà ta’ konfużjoni (notevolment bejn “Qorti” u “Kumitat”). L-espressjoni sħiħa għandha dejjem tintuża l-ewwel darba li tissemma.

(2)

Is-sede tal-Parlament hi fi Strasburgu. Sessjonijiet addizzjonali jinżammu fi Brussell. Is-Segretarjat jinsab fil-Lussemburgu.

(3)

Il-Kummissjoni għandha s-sede tagħha fi Brussell, iżda għandha xi servizzi bbażati fil-Lussemburgu.

(4)

“Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri” huwa t-titolu fl-użu ġenerali. Madankollu, it-titolu uffiċjali li jintuża f’testi purament legali jibqa’ “Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea” (sat-30.11.2009: “Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej”), anke jekk rarament jinstab fit-testi. Il-forma l-qasira “Il-Qorti tal-Awdituri” tintuża fil-Ġurnal Uffiċjali.

(5)

Tużax il-forma l-qasira “Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali” jew it-taqsira “KES”.

(6)

“Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni” huwa l-isem użat b’mod ġenerali. F’testi purament ġuridiċi u fil-Ġurnal Uffiċjali, is-serje L, uża d-denominazzjoni uffiċjali “Il-Kumitat tar-Reġjuni”. It-taqsira użata ma għandhiex tinbidel (kif mitlub mill-Kumitat).

(7)

Is-sede tal-Ombudsman hija dik tal-Parlament Ewropew.