9.5.3. L-organizzazzjonijiet deċentralizzati (aġenziji)
L-organizzazzjonijiet deċentralizzati (aġenziji) jinħolqu b’atti leġiżlattivi partikolari u jingħataw ħidma speċifika.
L-organizzazzjonijiet deċentralizzati (aġenziji) jinħolqu b’atti leġiżlattivi partikolari u jingħataw ħidma speċifika.
Ġeneralment, l‑organizzazzjonijiet huma elenkati fl-ordni alfabetiku tal-lingwa tal-pubblikazzjoni.
Taqsira unika għall-verżjonijiet lingwistiċi.
Fil-prinċipju, l‑att ta’ referenza huwa l‑att kostituttiv. Jekk att kostituttiv ikun ġie “irriformulat” jew tkun saret “verżjoni kodifikata” tiegħu, jew ikun tħassar u nbidel b’att ġdid, dan l‑att modifikat isir l‑att bażiku l‑ġdid (l‑att kostituttiv oriġinali jiġi indikat fil-parentesi bħala tfakkira).
It-tipi differenti ta’ modifiki huma kif ġej.
- “Rettifika”, “att emendatorju” (jew oħrajn): modifiki tal-att bażiku fir-rigward tal-isem, tat‑taqsira jew tas-sede.
- “Emenda tal-forma bil-miktub”: għall-korp inkwistjoni, il‑forma bil-miktub użata fir-regolament bażiku ġiet emendata biex tikkonforma mal‑konvenzjonijiet interistituzzjonali dwar il‑kitba, b’mod partikolari r‑regoli dwar l‑ittri kapitali u l‑ittri żgħar (bi ftehim mal‑ġuristi-lingwisti tal-Kunsill, m’hemmx bżonn ta’ rettifika).
Ara wkoll id‑Deċiżjoni 2004/97/KE, Euratom tat‑13 ta’ Diċembru 2003 dwar il‑post ta’ ċerti uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 15).
Aġenziji u korpital-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni
| Isem | Taqsira | Sede | Att ta’ referenza (att fundatur)(1) |
|---|---|---|---|
| l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża | AED | Brussell | ĠU L 266, 13.10.2015, p. 55 (ĠU L 245, 17.7.2004, p. 17) |
| iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea | Satcen | Torrejón de Ardoz | ĠU L 188, 27.6.2014, p. 73 (ĠU L 200, 25.7.2001, p. 5) |
| l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà | EUISS | Pariġi | ĠU L 41, 12.2.2014, p. 13 (ĠU L 200, 25.7.2001, p. 1) |
| Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża | KESD | Brussell | ĠU L, 2024/3116, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3116/oj (ĠU L 194, 26.7.2005, p. 15) |