9.5.4. L-aġenziji eżekuttivi

L-aġenziji eżekuttivi huma entitajiet ġuridiċi stabbiliti għal perjodu fiss bil-ħsieb li jiġu fdati b’ċerti kompiti.

Dawn l-aġenziji huma entitajiet legali stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 11, 16.1.2003) bil-ħsieb li jkunu fdati b’ċerti ħidmiet relatati mal-ġestjoni ta’ wieħed jew aktar mill-programmi tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-aġenziji jitwaqqfu għal perjodu determinat.

(*)

Taqsira unika għall-verżjonijiet lingwistiċi kollha.