Dwar is‑sit web

Read about the Interinstitutional Style Guide website and its features.

Dan huwa sit web interistituzzjonali, ġestit mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u ospitat fuq il‑Portal OP. Juża wħud mill-funzjonijiet disponibbli fuq il‑portal, b’mod partikolari l‑possibbiltà li tilloggja u żżid allerti. Jippermetti wkoll l‑użu ta’ bookmarks u settings personali.

Is-sit huwa reattiv, jiġifieri jista’ jintuża faċilment fuq tablet jew mowbajl u anke fuq laptop jew desktop. Ara, pereżempju, it‑tabella tal-pajjiżi u t‑territorji fl‑Anness A5.

Is-sit web għandu l‑għan li jkun aċċessibbli u jista’ jintuża b’teknoloġiji ta’ assistenza bħall-qarrejja tal-iskrin. It-titjib tal-aċċessibbiltà tal-kontenut huwa xogħol kontinwu dejjem għaddej.

Is-sit web il-ġdid ġie rilaxxat f’Ġunju 2024. Jekk għad għandek links għas-sit web l-antik, tista’ taġġornahom billi tuża r-“redirections list” (li tniżżillek fajl Excel). Il-fajl fih il-URLs l-antiki u l-URLs korrispondenti ġodda fl-24 lingwa kollha.

Bookmarks

“Immaniġġja l‑bookmarks” tiftaħ pannell li juri lista ta’ bookmarks rakkomandati. Illoggja biex tkun tista’ żżid il‑bookmarks tiegħek. Imbagħad tista’ tbiddlilhom isimhom, toħloq folders u tuża l‑faċilità ta’ ddreggja u qiegħed biex tibdel l‑ordni.

Dehra bilingwi

Dehra bilingwi hija possibbli fl‑ewwel tliet partijiet, li huma komuni għall-verżjonijiet lingwistiċi kollha. Mhix possibbli fir-raba’ parti minħabba li l‑kontenut huwa speċifiku għal‑lingwa. L‑annessi huma esklużi wkoll mill-viżwalizzazzjoni bilingwi peress li l‑kontenut tagħhom ivarja minn lingwa għal oħra jew huwa magħżul f’ordni alfabetiku skont il‑lingwa.

Id-dehra bilingwi tippermettilek issib ir-regola jew l-informazzjoni ekwivalenti b’lingwa oħra faċilment.

Ikklikkja fuq il-buttuna l-blu “Dehra bilingwi” li tinsab fuq in-naħa ta’ fuq tal-paġna tal-GSI.

Tista’ tara kwalunkwe żewġ lingwi maġenb xulxin. Ikklikkja fuq ‘×’ biex tmur lura fil-paġna li tkun bdejt minnha.

Toolbar

Mit-toolbar fuq ix-xellug tista’ ssib faċilment il‑kontenut li qed tfittex permezz tal-werrej, it‑tfittxija u l‑indiċi. Tista’ wkoll issib formati oħra tal-Gwida tal-Istil, flimkien ma’ settings.

Fuq tablet jew fuq mowbajl, it‑toolbar dejjem tidher fil-qiegħ.

Werrej

Ikklikkja fuq il-werrej fit-toolbar sabiex taċċessa l-partijiet differenti tal-Gwida tal-Istil. Id-dropdown menu li jiftaħ, jgħinek sabiex tinnaviga direttament fit-taqsima li għandek bżonn.

Tista’ tara wkoll il-werrej sħiħ f’paġna waħda permezz tal-link “Werrej sħiħ” li tinsab fil-footer.

Tfittxija

Il-kaxxa tat-tfittxija tissuġġerixxi termini predefiniti biex tirfina r-riżultati, u b’hekk tagħmilha aktar faċli li ssib l-informazzjoni li għandek bżonn.

Indiċi

Il-lista alfabetika ta’ kliem ċavetta hija utli biex taċċessa malajr il-kontenut speċifiku li qed tfittex. Tista’ wkoll tiffiltra b’kelma ċavetta.

Verżjonijiet PDF

Mit-toolbar, tista’ tiftaħ il‑PDF li jinħoloq kull darba li s‑sit web jiġi aġġornat. Tista’ tikkonsultah online, fejn se jiftaħ fuq il‑paġna li tkun qed tara fil-brawżer dak il‑ħin. Alternattivament, tista’ tiddawnlowdjah direttament.

Barra minn hekk, darba fis-sena jew wara aġġornamenti maġġuri tinħoloq verżjoni PDF iddisinjata għall-istampar. Kull wieħed minn dal-PDFs huwa edizzjoni separata tal-Gwida tal-Istil, għandu sett sħiħ ta’ identifikaturi u tista’ ssibu fuq is-sit web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE. Il-modifikazzjonijiet kollha mqabbla mal-aħħar edizzjoni (l-20 ta’ April 2026) huma mmarkati bl-aħdar fuq is-sit web tal-Gwida tal-Istil.

Settings

Fis-settings, tista’ tagħżel li taħbi d-deskrizzjonijiet tat-test tat-toolbar, iċċaqlaq it-toolbar lejn il-lemin u tkompli fejn ħallejt l-aħħar darba li tkun żort is-sit web. Biex tibdel is-settings, trid tkun illoggjat.

Footer

Links għan-newsletter, il-werrej sħiħ u l-mistoqsijiet frekwenti (FAQs) jistgħu jinstabu wkoll fil-footer.

Allert

Tista’ toħloq allerti mill-paġna tal-“Aħbarijiet” tas-sit web, li tinnotifikak kuljum jew kull ġimgħa dwar modifiki jew aħbarijiet oħra.

Kont tal-utent

Meta tilloggja fis-sit, tkun qed tilloggja fil-Portal tal-OP. Dan jispjega għaliex tingħata l‑għażla li tuża l‑EU Login jew kont tal-Portal tal-OP apposta. Wara li tilloggja, jidher ismek u tkun tista’ tara d‑dettalji tal-kont, il‑listi tal-profili u l‑allerti li huma validi fuq il‑Portal tal-OP kif ukoll fuq is‑sit web tal-Gwida tal-Istil.

Dokumenti utli

Din il-kumpilazzjoni ta’ dokumenti tipprovdi linji gwida u elementi editorjali, referenzi multilingwi għall-pubblikazzjoni tal-UE u linji gwida dwar l-abbozzar leġiżlattiv u dwar il-formattjar.