Dwarna

Aqra dwar it‑tim wara l‑Gwida tal-Istil Interistituzzjonali u s‑sit web tagħha.

Aħna tim editorjali żgħir fl‑unità tas-Servizzi tal-Istandardizzazzjoni tad-Data u l‑Formati fl‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu, responsabbli mill-koordinazzjoni u l‑ġestjoni ġenerali ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali.

Nikkooperaw mill-qrib mal‑24 grupp lingwistiku interistituzzjonali li jkopru l‑lingwi uffiċjali tal-UE, ma’ grupp ta’ ħidma magħmul minn rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE u ma’ diversi servizzi fi ħdan l‑istituzzjonijiet li jgħinuna nżommu l‑kontenut aġġornat.

L-għan tal-ħidma editorjali tagħna huwa informazzjoni korretta u aġġornata, li tkun disponibbli għall-utenti mill-aktar fis possibbli. Inħejju kunċetti ġodda biex jinżiedu u nagħmlu arranġamenti ħalli dawn jiġi tradotti; niġbru u nivverifikaw informazzjoni dwar bidliet fl‑ismijiet ta’ pajjiżi, muniti, aġenziji, eċċ.; nanalizzaw deċiżjonijiet mittieħda fil-gruppi differenti u naraw li dawn ikunu koerenti mar-regoli ġenerali u l‑konvenzjonijiet komuni; u nimplimentaw modifiki fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha.

Fl-iżvilupp tal-gwida tal-istil, insegwu l‑orjentazzjonijiet strateġiċi u l‑linji gwida ġenerali approvati mill-Kumitat ta’ Tmexxija. Abbażi tal-linji gwida tal-2020, immodernizzajna l‑gwida tal-istil biex tissodisfa l‑ħtiġijiet tal-utenti tal-lum. Inħeġġuk tikkontribwixxi b’mod attiv għat-titjib tal-gwida billi tipprovdi informazzjoni u suġġerimenti utli, u tgħarrafna bi kwalunkwe żball jew ommissjoni li taf issib.