Anness A3 – L-abbrevjazzjonijiet u s-sinjali li jintużaw
It-titli ċivili, unitajiet ta’ kejl, simboli statistiċi u abbrevjazzjonijiet, l‑aktar użati ta’ spiss, huma ppreżentati hawn.
1. Titoli ċivili
- Sur
- Sinjuri
- Sinjura
- —
- Sinjorina
- —
- Dr
- —
- Prof.
- —
- Eċċ.
- Eċċellenza
- ET
- L-Eċċellenza Tiegħu/Tagħha
Meta tindirizza verbalment jew issejjaħ persuna direttament tużax l‑artiklu, eż. “Nista’ nkellmek ftit Sur Borġ?”, “Kemm ilek taħdem magħna Sinjura Borġ?” Iżda meta qiegħed tindirizza ittra lil xi ħadd jew tirreferi għalih/ha fil-kitba jew id‑diskors, uża l‑artiklu, eż. “Is-Sur Ġanni Borg ta’ Triq il‑Qasam, San Ġwann”, “Il-ġimgħa l‑oħra rajt lis-Sinjura Cachia”.
2. Unitajiet ta’ kejl
Is-simboli tal-unitajiet ta’ kejl ma jiġux tradotti għall-Malti, iżda jibqgħu kif inhuma għaliex dawk huma simboli internazzjonali. L‑unitajiet ta’ kejl u s-sinjali xjentifiċi ma jiħdux il‑punt fl-aħħar, ma għandhomx plural u ma jinkitbux eżatt man-numru iżda daħħal spazju fiss (shift, control, space bar) bejniethom.
- mm
- millimetru
- cm
- ċentimetru
- m
- metru (uża m2)
- km
- kilometru (uża km2)
- mg
- milligramm
- g
- gramm
- kg
- kilogramm
- ml
- millilitru
- l
- litru
- A
- ampere
- cd
- candela
- Hz
- hertz (tużax il‑ħ Maltija)
- V
- volt
- W
- watt
- kW
- kilowatt
- MW
- megawatt = 103 kW
- kWh
- kilowatt-siegħa
- MWh
- megawatt-siegħa
- GWh
- gigawatt-siegħa
- °C
- grad Celsius (tużax iċ-ċ Maltija)
3. Numri ordinali
L-ewwel, it‑tieni, it‑tielet, ir‑raba’, il‑ħames, is‑sitt, is‑seba’, it‑tmien, id-disa’ (ikteb in‑numri mill-wieħed sad-disgħa b’mod sħiħ).
Iżda l‑10, il‑11, … il‑21, it‑22, it‑23, l‑24, eċċ.
Għaldaqstant tista’ tikteb is‑seklu sebgħa jew is‑seba’ seklu iżda mhux is‑seklu 7 jew is‑7 seklu; tista’ tikteb is‑seklu 17 jew is‑17-il seklu iżda mhux is-seklu sbatax jew is‑sbatax-il seklu.
4. Simboli u taqsiriet tal-istatistika
- —
- xejn
- 0
- negliġibbli (ġeneralment anqas min-nofs tal-iżgħar unità jew deċimali tat-titolu)
- :
- ċifra mhux disponibbli jew sigrieta
- ≠
- mhux ugwali għal
- *
- stima
- p
- ċifra proviżorja
- r
- ċifra riveduta
- | or —
- diskontinwità fis-serje
- ⊥
- waqfa fit-tqabbil
- %
- persentaġġ
- % AT
- varjazzjoni ta’ persentaġġ
- D
- differenza
- Ø
- medja
- AM
- tkabbir annwali medju
- <
- anqas minn
- >
- iżjed minn
- S
- total
- ∃
- “magħmul minn”: rendikont sħiħ ta’ total
- ∋
- “fost oħrajn”: rendikont parzjali ta’ total
- θ
- id-dinja
- 1990–92
- perjodu ta’ snin diversi (eż. mill-1.1.1990 sal-31.12.1992)
- 1991/92
- perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttiv (eż. sena ta’ taxxa minn April sa Marzu)
5. Taqsiriet oħra
- EU-6
- l-ewwel sitt pajjiżi tal-KE
- EU-9
- l-ewwel disa’ pajjiżi tal-KE
- EU-10
- l-ewwel 10 pajjiżi tal-KE
- EU-12
- l-ewwel 12-il pajjiż tal-KE
- EU-15
- l-ewwel 15-il pajjiż tal-UE
- EU-25
- l-ewwel 25 pajjiż tal-UE
- EU-27
- L-Ewropa tas-sebgħa u għoxrin: tirreferi jew għas-27 Stat Membru li kienu jiffurmaw l‑Unjoni Ewropea bejn l‑1 ta’ Jannar 2007 u t‑30 ta’ Ġunju 2013, jew għas-27 Stat Membru li jiffurmaw l‑Unjoni Ewropea wara l-ħruġ tar-Renju Unit fil-31 ta’ Jannar 2020. Jekk ikun hemm riskju ta’ konfużjoni bejn dawn it‑tnejn, għandu jiġi speċifikat liema konfigurazzjoni qed issir referenza għaliha bl‑abbrevjazzjoni użata, possibbilment f’forma ta’ nota ta’ qiegħ il‑paġna.
- EU-28
- l-ewwel 28 pajjiż tal-UE
- SA
- société anonyme
- SARL
- société à responsabilité limitée
- SPRL
- société de personnes à responsabilité limitée
- GmbH
- Gesellschaft mit beschränkter Haftung
- SNC
- società in nome collettivo
- SpA
- società per azioni
- BV
- besloten vennootschap
- NV
- naamloze vennootschap
It-taqsiriet li ġejjin jintużaw l‑aktar fin-noti ta’ qiegħ il‑paġna u l-bibljografiji; fit-test prinċipali hija ppreferuta l‑forma sħiħa:
- Art. (Arti)
- Artikol(i)
- Fig.
- Figura
- ikomp.
- ikompli
- Ill.
- Illustrazzjoni
- Kap.
- Kapitolu
- p.
- paġna
- pp.
- paġni
- Tab.
- Tabella
- Vol.
- Volum