Anness B – Kliem magħqud jew mifrud
Kliem li għandu jinkiteb magħqud u kliem ieħor li għandu jinkiteb mifrud, skont id‑Deċiżjonijiet 1 maħruġa mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti fl‑2008.
Kliem li jinkiteb magħqud
Hawnhekk għandek żewġ listi ta’ kliem li jistgħu jkunu ta’ għajnuna fix-xogħol lingwistiku tiegħek fl‑Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Dawn kienu ppubblikati bħala appendiċi tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti dwar il‑Varjanti Ortografiċi. Id‑dokument sħiħ tista’ ssibu fuq http://www.kunsilltalmalti.gov.mt/filebank/documents/Decizjonijiet1_25.07.08.pdf.
Il-kliem li ġej għandu jinkiteb magħqud meta jkollu tifsira waħda, kif għandu fl‑eżempju.
afli
Afli wiċċek tost wisq, biex qed terġa’ titlobni dak li ma ħaqqekx!
akkrettu
L-ewwel elfejn ewro li qalgħu poġġewhom il‑bank akkrettu tiegħek.
allaħares
Imma allaħares ma jaslux il‑passaporti … Kif nistgħu nsiefru mingħajrhom?
apposta (+ t’apposta, tal-apposta, għal t’apposta, għal tal-apposta)
Din mhix kumbinazzjoni; din għamilhieli apposta biex jinkini.
Xtrajna żebgħa apposta li l‑ħażiż ma jaqbadx magħha.
Waqt il‑logħba xejjirlu daqqa ta’ sieq t’apposta.
Jissejjaħ delitt doluż meta r‑reat ikun twettaq għal t’apposta u b’malizzja.
Kienet kumbinazzjoni; ma ngħidx li kixfuh għal tal-apposta.
awlillejl, ewlillejl
Kristu talab awlillejl qabel ma bata.
beħsiebni, beħsiebi, biħsiebni, biħsiebi
Jgħidu x’jgħidu, biħsiebi mmur illum stess.
Fil-btajjel tas-sajf beħsiebhom jerħulha lejn l‑Alaska.
bħalissa
Bħalissa ma nistax niftakar x’jismu z-ziju tal-mara.
bħallikieku, bħalkieku
Bħallikieku jekk jogħla ż-żejt mhux kulħadd se jlaqqatha!
Oqgħod attent minnha, għax taf tiksrek bħalkieku xejn.
bħalma
Bħalma lkoll tafu, wasalna biex intemmu ħidmitna.
bilfors (+ ta’ bilfors)
Bilfors li ma ftehemniex.
Dan dmirek u trid tagħmlu ta’ bilfors.
bilġri (tfisser “dlonk”; ara wkoll f’Appendiċi B: bil-ġiri)
Malli lemaħni telaqhom u ġie bilġri ħdejja.
bilħaqq
Bilħaqq, għax kont sa ninsa, inti taf li llejla għandna laqgħa, hux?
bilkemm
Bilkemm laħaq daħal li ma bediex jargumenta.
billejl
Ħafna mis-serq isir billejl biex id‑dalma tostor kollox.
bilqiegħda
Mhux rispett li meta jidħol is‑surmast fil-kamra tibqa’ bilqiegħda.
bilwieqfa
Meta jindaqq l‑Innu Malti nqumu bilwieqfa.
binhar
Nippreferi naħdem billejl milli binhar.
biżżejjed
Issa biżżejjed għax ħadtli rasi!
dalgħodu
Qed nipprova nispiċċa xogħli dalgħodu, imma fil-każ inkompli llejla.
dalwaqt (ġieli mqassra: daqt)
Stennieni ftit; dalwaqt/daqt inkun miegħek.
dakinhar
Mela nsejt x’kont għedtlek dakinhar?
daparti
Daparti tiegħi, qatt ma nqastu f’xejn, imma ħaddieħor ma nafx.
daqshekk (+ għal daqshekk, minn daqshekk)
Mhuwiex daqshekk importanti li timla din il‑formola.
Għal daqshekk għamilt qorti?
Minn daqshekk, ma nistax ingerger minnha.
daqskemm
Qed inħossni stordut daqskemm għandi ġuħ!
Dalwaqt ninstabat mal‑art daqskemm qed inħossni għajjien.
daqskieku, daqslikieku
Il-ġolf refa’ l‑karettun b’id waħda, daqslikieku kien banketta.
daqstant
Ma kienx hemm daqstant nies fit-teatru.
Issa la ħabrikna daqstant, se naqtgħu qalbna fl‑aħħar?
daqsxejn (+ għal daqsxejn)
Rajt daqsxejn ta’ tifel jibki.
Ħbieb, daqsxejn oħra u naslu.
Tfixkel fit-tapit u għal daqsxejn ma ħadhiex għal wiċċu.
dawramejt
Hu u ġej bil-ġirja, żelaq, dar dawramejt u spiċċa wiċċu ġol-ħajt.
dażgur
Dażgur li għandha l‑garanzija dil-magna tal-ħasil.
filgħaxija, flgħaxija
Filgħaxija taqa’ s‑sirda.
Kull flgħaxija ommi tħobb tmur timxi mixja minn Selmun sal-Mellieħa.
filgħodu
Naħdem billejl, u filgħodu nsibha bi tqila biex inqum mis-sodda.
filwaqt
Toni jħobb l‑isfar, filwaqt li ħuh iħobb l‑aħmar.
ġaladarba
Ġaladarba qed toġġezzjona, ikollna nwaqqfu l‑proġett.
ġieli
Tal-gass ġieli jiġi fid-disgħa ta’ filgħodu, u ġieli fil-ħdax.
għaldaqstant
Għaldaqstant qed niktbulek biex nitolbuk appuntament.
għalfejn
Għalfejn qed tkellimni hekk?
għalhekk
Għandi l‑karozza bil-ħsara, għalhekk ix-xogħol qed immur b’tal-linja.
għalissa
Għalissa ma nistax immur narah.
għalkemm
Għalkemm tilef ħafna lezzjonijiet, xorta għadda mill-eżami.
għalkollox
Issa qtajt qalbi għalkollox.
Begħna d‑dar tal-Mosta u ġejna noqogħdu Wied il‑Għajn għalkollox.
għalxejn
Jgħidu li l‑qasba ma ċċaqċaqx għalxejn.
għarukaża, għarkaża
X’għarukaża! Ara ftit fejn mar jixħetha l‑borża taż-żibel!
hawnhekk
Ersaq ’l hawn u poġġi hawnhekk.
Hawnhekk iltqajna ma’ għawġ ieħor.
hemmhekk
L-imħallef widdbu biex ma jersaqx ’l hemmhekk.
infatti
Sewwa qed tgħid, infatti jien dan għaddejt minnu.
inġenerali
Wara żmien twil tinħema fil-privat, id‑deċiżjoni tħabbret lill-pubbliku inġenerali.
inkonsiderazzjoni
Meta niġi biex niġġudika, dawn il‑fatturi serji jkolli noħodhom inkonsiderazzjoni.
inkwantu
Inkwantu għalina tinkwetax, għax aħna nafu nfendu għal rasna.
inkwistjoni
Kellna ħafna każi ta’ korruzzjoni, imma l‑każ inkwistjoni huwa l‑agħar wieħed sa issa.
insè
L-ikla insè ma kienet tgħid xejn, imma xorta ħadna pjaċir bil-kumpannija.
intant
Suppost ġew jgħinuna kmieni. Intant, ħalli nkomplu bix-xogħol.
jalla
Nixtiqilkom kull ġid; jalla jkollkom ħajja hienja flimkien.
kemxejn
Din kwistjoni kemxejn delikata.
Dan l‑artiklu kemxejn itwal minn tal-bieraħ.
kulħadd
Kulħadd iħobb ftit tal-mistrieħ wara ġurnata xogħol.
kuljum
Imur jara lil ommu kuljum.
Din it‑triq ngħaddi minnha kuljum għax-xogħol.
kullimkien
Fittixtu kullimkien, u ma sibtu mkien.
kulma
Mhux kulma jleqq deheb.
kultant, xi kultant
Jien hawn kuntent, imma kultant tiġini x‑xewqa tas-safar.
Xi kultant jagħtini li mmur inkellmu.
ladarba
Ladarba noħroġ mill-ħabs, se nibdel ħajti.
lakemm
Mhux lakemm tgħidlu li għandu żball.
lanqas (iżda: għall-anqas, mill-anqas, tal-anqas)
Jien la rrid din u lanqas l‑oħra.
Lanqas ħaqq li tajtni qatgħa bħal din.
Għall-anqas ma kissrulix il‑fanali tal-karozza wkoll!
Mindu widdibtu, lili qed ifittixni mill-anqas.
Dan l‑eżerċiizzju trid tagħmlu mill-anqas erba’ jew ħames darbiet kuljum.
Tal-anqas ma qabadx miegħi l‑prinċipal ukoll!
Infaqna ħafna flus imma tal-anqas ir‑riżultati issa jidhru.
(i)lbieraħ (iżda: bħall-bieraħ, mill-bieraħ, tal-bieraħ, eċċ.)
Ilbieraħ ġrat diżgrazzja li se nibqgħu niftakruha.
Bħall-bieraħ ġimgħa għamlet dik il‑maltempata kbira.
Dan kif mill-bieraħ sal-lum dawwart il‑ħsieb?
Il-ftehim tal-bieraħ kien pass importanti lejn il‑liberalizzazzjoni tal-midja.
(i)lbiraħtlula (iżda: għall-biraħtlula, mill-biraħtlula, sal-biraħtlula, eċċ.)
Ilbieraħ kien il‑Ħadd u lbiraħtlula s‑Sibt.
Mill-biraħtlula għaddew jumejn u għadek ma qdejtnix.
Sal-biraħtlula konna rċevejna aktar minn mitt applikazzjoni.
(i)llaħwa, xi llaħwa
Illaħwa, x’ħuta qbadt!
Xi llaħwa qed tgħid illum?
(i)llejla (iżda: sal-lejla, tal-lejla, mil-lejla, eċċ.)
Illejla niltaqgħu fit-tmienja ħdejn Bieb il‑Belt.
(i)llum (iżda: bħal-lum, mil-lum, sal-lum, tal-lum, eċċ.)
Illum nagħlaq snini.
Illum ma trid tistagħġeb b’xejn.
L-ittra bgħatthielu llum u jirċeviha għada.
Se naqilbu l‑folja u mil-lum ’il quddiem m’intix se tara ċenteżmu ieħor mingħandi.
Il-pakkett ilu ħmistax li ntbagħat imma sal-lum għadu ma wasallix.
Iż-żgħażagħ tal-lum għandhom wisq iktar xi jtellifhom minn ta’ dari.
lura
Min ġej ’il quddiem u min sejjer lura.
madanakollu, madankollu
Jgħidu li jħobbuh; madankollu, ħadd ma mar jarah.
madwar
Eżatt ma nafx, imma ngħidlek li kien hemm madwar tletin ruħ b’kollox.
Mort mixja madwar ir‑raħal.
maġenb
Joqgħod sewwasew maġenb il‑knisja.
manġapassiġġa
Hekk sewwa! Il-mara taħdem u int manġapassiġġa.
matul
Matul il‑lejl għamlet ħafna xita.
minbarra
Minbarra l‑impjieg, trid tlaħħaq ukoll max-xogħol tad-dar.
minflok
Minflok ma jgħinna, dejjem insibuh itellifna.
minfuq
Għandu tort, u minfuq irid jieħu tiegħu.
mingħajr
Mingħajr flus ma tagħmel xejn.
mingħalija, -k, -h, eċċ.
Jien kien mingħalija li inti kont taf b’kollox.
mingħand
Il-bolol jinxtraw mingħand tal-gazzetti.
Kif kont hemm, xtrajt kollox mingħandu.
minnufih
Tħallix żmien iktar, itlaq minnufih.
(i)mnalla
Imnalla ġibtuh intom l‑inbid.
nofsillejl “12.00 am”
F’nofsillejl ftaħna x‑xampanja u xtaqna s‑sena t‑tajba lil xulxin.
nofsinhar “12.00 pm”
F’nofsinhar kulħadd jieqaf mix-xogħol għall-ikel.
F’nofsinhar bumm konna nduru madwar il‑mejda b’regolarità militari.
Wara nofsinhar id‑dell jibda jitwal.
(in-)nofsiegħa “12.30 am jew pm” (imma ara wkoll nofs siegħa).
Ħarġet mal‑ħbieb, u missierha mar jiġborha fin-nofsiegħa ta’ filgħodu.
nofstanhar (pl. nofstanhari / nofstanharijiet)
Dam nofstanhar jilgħab mal‑karozza.
Fis-sajf il‑ħaddiema tal-gvern jaħdmu bin-nofstanhari.
pereżempju
Int, pereżempju, għal xiex ġejt hawn dalgħodu? perkażu
Imma jekk, perkażu, ikunu qed jitkellmu bejniethom, ma għandekx tindaħal.
pezzakustjoni
Mindu dak il‑pezzakustjoni daħal jaħdem magħna, spiċċaw il‑paċi u l‑għaqda ta’ bejnietna.
qabelxejn
Qabelxejn, nirringrazzja lil ommi għax kienet hi li xettlet fija l‑imħabba lejn l‑arti.
radjudramm
Fis-sittinijiet, il‑palk sab żvog ġdid fir-radjudramm minn fuq ir‑Rediffusion.
sadanittant, sadattant
Sadanittant, in‑naħa l‑oħra tal-Belt kienet qed isseħħ storja tinkiteb.
safrattant
Safrattant dak li ried jagħmel, xorta għamlu.
sakemm
Beħsiebni niġi, sakemm ma jinqala’ xejn.
Sakemm wasal sidu, il‑qattus laħaq għamel straġi fil-kċina.
santafjakka
Jinżel ikaxkar saqajh mat-triq, bis-santafjakka.
santapaċenzja
Is-santapaċenzja, kif qridtni!
sewwasew
Il-logħob se jibda sewwasew issa.
skansafaċendi
Dak skansafaċendi; torbotx fuqu.
sogħobbih (jisgħobbih, eċċ.)
Jisgħobbija li ma nistax niġi miegħek illum.
Imxi sewwa ma’ ta’ taħtek, biex ma jisgħobbikx minn għemilek.
Dawn il‑kelmtejn tant intrabtu flimkien li fin-negattiv, ngħidu aħna, iġibu ruħhom bħala verb wieħed flimkien (għaliex ngħidu: ma jisgħobbikx u mhux ma jisgħobx bik).
stabene
Miskin il‑fqir għax ibati l‑ġuħ, min ikun stabene lanqas jinduna bl‑għoli tal-ħajja.
tabilħaqq
Għandu karattru tabilħaqq skifuż.
Tabilħaqq, għandek raġun.
tabirruħ(u)
Għaddiet minn quddiemi, iżda għamilt tabirruħi li ma rajthiex.
tampar
Oħtok u ħija tampar xulxin.
Il-mamà tiegħu tampari.
taparsi
Taparsi mhux qed nisma’ dak li qed tgħid fuqi.
tassew
Dun Karm kiteb poeżiji tassew sbieħ.
teledramm
Tkun xi tkun il‑kwalità artistika tiegħu, it‑teledramm bil-Malti dejjem popolari.
użufrutt
Id-dar tal-ulied, imma l‑ġenituri għandhom l‑użufrutt tagħha.
waranofsinhar “il-medda ta’ ħin minn nofsinhar sa qabel filgħaxija”
Il-waranofsinhar it‑tajjeb.
Għaddejt il‑waranofsinhar kollu naqra u issa għandi moħħi mixrub.
xħin
Xħin daħlu, marru jorqdu minnufih.
Xħin tasal, ċempel il‑qanpiena.
(i)żżejjed
Issa żżejjed! Wissejtek kemm-il darba u se jkolli nirrappurtak.
Kliem li jinkiteb mifrud
Il-kliem fl‑espressjonijiet li ġejjin jinkiteb mifrud bi spazju jew b’sing, skont kif jidher hawn taħt.
barra minn dan
barra minn hekk
bħal meta
bħal xejn
bil-ġiri (imma ara wkoll f’Appendiċi A: bilġri)
bil-kif
dal-ħin
dal-lejl
darba fill
fil-fatt
għad illi, għad li
fl-aħħar (+ sa fl‑aħħar)
għal biex
għal daqshekk, ara daqshekk
għal daqsxejn, ara daqsxejn
għal għarrieda
għall-aħħar
għall-anqas, , ara lanqasgħall-inqas
għal li
għal tal-apposta, għal t’apposta, ara apposta
għal xiex
kull darba
kull fejn
kull meta
kull min
kull xejn
liema bħalu, liema bħalha, eċċ.
Il-kitba liema qed tieħu post il‑kitba li ma fi frażijiet bħal dehra ta’ ġmiel liema bħalu.
lil hawn
lil hemm
lil hinn
inji gwida
mill-anqas, ara lanqas
minn bejn
minn daqqiet, minn xi daqqiet
minn daqshekk, ara daqshekk
minn fejn
minn tagħna
Għalkemm dawn il‑kelmtejn x’aktarx jingħadu flimkien f’għamla ta’ formola u ġieli ssibhom miktuba f’kelma waħda, il‑verb iżża huwa kkonjugat regolarment u jista’ jieħu l‑pronom mehmuż bħal verbi oħra (ara: niżżi ħajr, niżżik ħajr, jiżżu ħajr, jiżżuna ħajr).
nofs siegħa “medda ta’ ħin ta’ 30 minuta” (imma ara wkoll nofsiegħa)
sa fejn
sa fl‑aħħar, ara fl-aħħar
sal-aħħar
ta’ bilfors, ara bilfors
tal-anqas, ara lanqas
t’apposta, tal-apposta, ara apposta
wara nofsinhar “wara 12.00 pm”, ara nofsinhar
xi ħadd
xi ħaġa
xi kultant, ara kultant
xi mkien
xi minn daqqiet