Mistoqsijiet frekwenti (FAQs)

Hawn issib it‑tweġibiet għal xi mistoqsijiet frekwenti dwar il‑Gwida tal-Istil Interistituzzjonali u s-sit web tagħha.

Il-Ġwida tal-Istil Interistituzzjonali huwa ktejjeb ta’ riferenza jew ktieb b’regolamenti obbligatorji?

Il-konvenzjonijiet u r‑regoli fil-gwida tal-istil iridu jiġu rrispettati minn kull min huwa involut fil-kreazzjoni ta’ kwalukwe tip ta’ test (kemm verżjoni stampata kif ukoll elettronika) prodott mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (istruzzjonijiet minn P. de Boissieu, fil-kariga ta’ President tal-Kumitat imwaqqaf b’dan l‑għan fi ħdan l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet — ara l‑kelmtejn ta’ qabel tal-gwida tal-istil, l-edizzjoni 1997).

L-informazzjoni fuq l‑ismijiet tal-pajjiżi, il‑lingwi, u l‑valuti hija awtentika?

Fir-realta, Il-Ġwida tal-Istil Interistituzzjonali sar ir‑riferenza uffiċjali għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il‑korpi u l‑aġenziji tagħha, għal dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ mistoqsijiet dwar pajjiżi, valuti u lingwi. Id‑deċiżjonijiet jittieħdu b’mod partikolari permezz ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni uffiċjali mas-servizzi tat‑terminoloġija tal-Kunsill li huma inkarigati minn din id‑dejta fl‑IATE (u fejn ikun meħtieġ issir konsultazzjoni diretta mas-servizzi kkonċernati). Dan il‑proċess huwa mmemti mill-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet (it‑Taqsima responsabbli mill-koordinament tal-gwida tal-istil).

Jekk tixtieq taqsam xi informazzjoni, tagħmel mistoqsija, tgħaddi rimarka jew suġġeriment nitolbuk tibagħtilna l‑kummenti tiegħek fuq OP-ISG-coordination@publications.europa.eu

Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali teżisti f’formati oħra?

Il‑gwida tal-istil hija disponibbli wkoll f’format PDF fl‑24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Mit-toolbar, tista’ tiftaħ il‑PDF li jinħoloq kull darba li s‑sit web jiġi aġġornat. Tista’ tikkonsultah online, fejn se jiftaħ fuq il‑paġna li tkun qed tara fil-brawżer dak il‑ħin. Alternattivament, tista’ tiddawnlowdjah direttament.

Barra minn hekk, madwar darba fis-sena jew wara aġġornamenti maġġuri tinħoloq verżjoni PDF iddisinjata għall-istampar. Kull wieħed minn dal-PDFs huwa edizzjoni separata tal-gwida tal-istil, għandu sett sħiħ ta’ identifikaturi u tista’ ssibu fuq is-sit web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE. Il-modifikazzjonijiet kollha mqabbla mal-aħħar edizzjoni huma mmarkati bl-aħdar fuq is-sit web tal-gwida tal-istil.