2.3. L-artikoli (termini ta’ promulgazzjoni)
It-termini ta’ promulgazzjoni, li jikkostitwixxu l-parti normattiva tal-att, jinqasmu f’artikoli.
Informazzjoni ġenerali
is-sing twilsuddiviżjonijietIt-termini ta’ promulgazzjoni, li jikkostitwixxu l-parti normattiva tal-att, jinqasmu f’artikoli. Fejn it-termini ta’ promulgazzjoni huma sempliċi, dawn jitqiegħdu f’“Artikolu Uniku”.
Meta att ikun fih iktar minn artikolu wieħed, l-artikoli jiġu numerati wara xulxin tul id-dokument kollu (Artikolu 1, Artikolu 2, Artikolu 3, eċċ.). In-numerazzjoni trid tkun kontinwa mill-bidu sal-aħħar tat-termini ta’ promulgazzjoni.
L-artikoli jistgħu jiġu raggruppati f’ “partijiet”, “titoli”, “kapitoli” u “taqsimiet” (ara t-tabella fit-Taqsima 2.7).
Kull artikolu jista’ jkun suddiviż f’paragrafi, subparagrafi, punti, inċiżi u sentenzi.
Il-paragrafi u s-subparagrafi jistgħu ma jkunux numerati jew ikunu numerati permezz ta’ numri Għarab u jista’ jkollhom punti jew inċiżi, li jistgħu jkunu preċeduti minn sing. (Għat-terminoloġija tad-diversi partijiet ta’ artikolu, ara d-dijagramma fit-Taqsima 2, Taqsima 2.7 u d-dijagramma “Tabelli ta’ Sommarju: L-Istruttura ta’ att legali”.)
Bil-Franċiż, paragrafi numerati jissejħu “paragraphe” u paragrafi mhux innumerati jissejħu “alinéa”.
L-Artikolu finali (fid-direttivi u d-deċiżjonijiet)
Fid-direttivi u, fejn ikun il-każ, id-deċiżjonijiet, l-aħħar artikolu jispeċifika d-destinatarji.
Direttivi
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
jew
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
(F’każ fejn id-direttiva mhijiex indirizzata lill-Istati Membri kollha: Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, eċċ.).
jew
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li [pereżempju: għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)].
jew
Din id-Direttiva hija indirizzata lil [l-isem (uffiċjali) sħiħ tal-Istat(i) Membru/i].
Deċiżjonijiet
- deċiżjonijiet indirizzati lill-Istati Membri kollha:
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
deċiżjonijiet indirizzati lil Stati Membri speċifiċi:
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
jew
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil [l-isem (uffiċjali) sħiħ tal-Istat(i) Membru/i].
- deċiżjonijiet indirizzati lil entitajiet speċifiċi:
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil [l-isem sħiħ u l-indirizz tal-entità].
- Huma l-ismijiet sħaħ, fl-ordni tal-protokoll, tal-Istati Membri li jintużaw (ara t-Taqsima 7.1.1):
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Taljana u lir-Rumanija.
- L-aħħar artikolu tal-linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew jindika wkoll l-indirizzati:
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema