4.4. Identifikaturi assenjati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jassenja identifikaturi (ISBN, ISSN, DOI) lil pubblikazzjonijiet maħruġa minn istituzzjonijiet, korpi u organizzazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Sa mill-2001, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaġixxi bħala aġenzija uffiċjali għall-għoti tal-identifikaturi ta’ wara l-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, entitajiet, aġenziji jew korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea: ISBN (numru internazzjonali standard tal-kotba), ISSN (numru internazzjonali standard tal-pubblikazzjonijiet f’serje u riżorsi kontinwi oħra) u DOI (identifikatur diġitali ta’ oġġett). Dawn l-identifikaturi internazzjonali jintużaw biex jirreġistraw b’mod inekwivokabbli u esklussiv il-pubblikazzjonijiet fid-dinja kollha. Hija indikata wkoll identifikazzjoni interna (numru tal-katalogu) għal kull prodott (kotba, fuljetti, posters, eċċ.) f’kull format (karta, elettroniku, CD/DVD, eċċ.).
L-allokazzjoni tal-identifikaturi tirrikjedi li s-servizzi tal-awtur jipprovdu lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet b’żewġ kopji fiżiċi tal-ktieb, kif ukoll jibagħtu l-verżjoni elettronika (PDF).
Kull meta ssir talba għall-pubblikazzjoni, l-identifikaturi jiġu allokati awtomatikament mill-Uffiċċju.