5.7. In-numerazzjonijiet
Il-punti elenkati jistgħu jkunu listi bażiċi, b’erba’ tipi bażiċi, jew diversi punti elenkati, li jsegwu r‑regoli għad-diviżjoni tat‑test bl‑użu ta’ ċifri, ittri, inċiżi u bullets.
In-numerazzjoni sempliċi
In-numerazzjoni sempliċi kollha tiddaħħal permezz ta’ żewġ punti. Kull element jibda b’ittra żgħira u jispiċċa b’virgola jew permezz ta’ punt u virgola (skont it‑tul tal-element jew il‑preżentazzjoni tal-frażi):
L-erba’ staġuni tas-sena huma:
- ir-rebbiegħa,
- is-sajf,
- il-ħarifa,
- ix-xitwa.
Din il‑proposta għandha żewġ għanijiet:
- it-tfassil ta’ dispożizzjonijiet komuni tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà tal-pazjenti;
- it-tneħħija tal-ostakli għall-iskambji li joriġinaw mid-differenzi fid-dispożizzjonijiet nazzjonali.
NB:
Għar-regoli li jikkonċernaw il‑Ġurnal Uffiċjali, ara t‑Taqsima 3.5.
In-numerazzjoni multipla
In-numerazzjoni multipla ssegwi r‑regoli previsti għat-taqsimiet tat‑test, biċ-ċifri, l‑ittri, l‑inċiżi u l‑punti:
| Doppja | Tripla | Kwadrupla |
|---|---|---|
Xxxxxxxx:
|
Xxxxxxxx:
|
Xxxxxxxx:
|